|
Nhar it-Tlieta, 16 ta' Frar 2010, għall-ħabta tat-8.15 a.m., jiena mort id-dar ta' Angelik biex inwasslu fuq il-post tax-xogħol. Qabel ma tlaqna, Angelik talabni biex ngħidu talba quddiem l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni li kienet bkiet dmugħ tad-demm diversi drabi. Din ma kienetx l-ewwel darba li jiena u Angelik tlabna flimkien quddiem l-istatwa.
| |
|
Jiena u Angelik morna fil-kamra tat-talb ta' Angelik quddiem l-istatwa. Jiena raddejt is-salib u fil-ħin Angelik daħal f'estasi u waqa' bilqiegħda fuq is-siġġu ħdejja. Dak il-ħin Angelik qalli biex immur ħdejn l-istatwa tal-Madonna għax kienet se tibki d-demm.
Jiena mort mill-ewwel quddiem l-istatwa. Kif ħarist lejha ma kien hemm l-ebda dmugħ tad-demm ġdid. Wara ftit sekondi mill-kantuniera tal-għajn ix-xellugija tal-istatwa ħarġet demgħa tad-demm irqieqa. Kif rajt din id-demgħa mort mill-ewwel ħdejn Angelik li kien għadu f'estasi. Angelik qalli li jiena għandi nkun xhud ta' dan u nxandar din il-ġrajja ma' kulħadd. Wara Angelik qalli li hu ma kien jiftakar xejn ħlief li kellu dehra tal-anġlu kustodju tiegħu.
Fil-ħin jiena sejjaħt lil mart Angelik u lit-tfal. Fl-istess mument wasal Fr Hayden li kellu jiġi għal xi qadja għand Angelik. Dawn kollha setgħu jaraw id-dmugħ tad-demm frisk fuq wiċċ l-istatwa tal-Kunċizzjoni.
Din l-esperjenza ħalliet impatt qawwi fuqi u kabbret fija l-fidi li Alla qed jinqeda b'dawn l-affarijiet biex nikber fil-fidi u naħdem aktar għall-konverzjonijiet. Issa li rajt dan is-sinjal, jiena nistaqsi lili nnifsi x'se nagħmel b'din l-esperjenza. Irrid insegwi dak li qed tgħidilna l-Madonna fil-messaġġi tagħha mill-aħjar li nista'. Din ix-xhieda tinsab ukoll fis-sezzjoni tat-Testimonjanzi ta' din il-website. | |
Il-Messaġġi tas-Sinjura ta' Borġ in-Nadur ġewwa Malta, issa huma wkoll disponibbli bil-lingwa Taljana.
Il-Pubbliku huwa mħeġġeġ biex iniżżel kopja ta' din il-verżjoni Taljana tal-messaġġi permezz tal-link kif muri hawn taħt:
Għeżież uliedi u uliedi ta’ qalbi! Dan biex Fr Hayden jgħaddih lin-nies.
Irridkom, uliedi, li tisimgħu lil Ibni Ġesù. Tafu xi jrid minnkom Ibni Ġesù. U biex tkunu ċerti xi jrid minnkom, qed jibgħat lili bħalissa hawnhekk biex min forsi nesa, jiena nfakkarkom. Forsi bħalissa hawn ħafna li qed jagħtu kas x’qed tgħid id-dinja ta’ madwarkom. Iva, uliedi, u jwarrbu dak kollu li jgħid Ibni u jagħtu kas x’jagħmlu n-nies li jgħixu fid-dinja u x’jgħidu. Jimxu b’dak il-mod li jidhrilhom biss. Jgħixu ħajja kif jidhrilhom huma. Jgħixu kif jgħidulhom ta’ madwarhom. Sempliċi uliedi: jekk wieħed jilbes xi ħaġa mhux tas-soltu, l-oħrajn jimitawh u jilbsu bħalu. Kollox hekk fid-dinja, uliedi. Il-kurrent ikaxkar. Iva, nerġa’ ngħidilkom uliedi, Ibni Ġesù qed jibgħatni minħabba fikom hawnhekk. Id-dinja sejra lura bil-mod il-mod. Qed iwarrbuh minn ħajjithom lil Ibni.
Ma kienx biżżejjed li Ibni jibgħat lili biss hawnhekk. Imma għażilna wkoll tnax-il persuna. Hemm wieħed minnhom li qal “Iva” u huwa sinjal għalikom, uliedi. Hu qed iwassal dawn il-mesaġġi li jiena nagħtih. Ħafna jgħajruh iblah jew li qed jiffissa jew iħarref. Uliedi, dal-persuna huwa magħżul minna apposta għalikom. Dal-persuna huwa s-sinjal għalikom, għad-dinja u għall-Knisja. Dal-persuna qed iġorr il-marki ta’ Ibni Ġesù fuq idejh u saqajh biex id-dinja temmen. Bħalissa qed ifuħu wkoll1. U ilhom ifuħu. Uliedi, iva, dil-persuna u ħutu li hawn miegħu fuq din l-għolja huma sinjal għalikom. Kunu viċin tagħhom u itolbu ħafna għalihom.
Iftħu qlubkom għalija u għal Ibni Ġesù. Anzi, ċarrtuhom.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
1 F’dan il-ħin, bdiet ħierġa riħa ta’ balzmu mill-marki tal-pjagi fil-polzi ta’ Angelik.
Għeżież uliedi, u wliedi ta’ qalbi! Għid dan lil Fr Hayden biex jgħaddih lin-nies.
Dawk li stagħnew ħafna, dawk li għandhom ġid li lanqas biss jafu minn fejn se jibdew jgħodduh - kollox ġabu bis-sewwa jew ġie b’xi nganni? Jew forsi biex stagħnew huma bata ħaddieħor? Mhux ħaġa kbira, uliedi. Is-serq li jsir minn fuq il-postijiet tax-xogħol, xi tgħidu għalih, uliedi? Tgħidu: ‘U dak għandu ħafna. Mhux se jħossha. Il-farka tiegħi se jħoss? Lanqas biss jaf x’għandu!’ Iva, uliedi, dan serq. Dan kollu tridu trodduh lura. Għalxejn tmorru tqerru jekk ma terġgħux trodduh lura. Li mhux tagħkom, mhux tagħkom. Kif għandek il-jedd li taqbad u tieħu int? Trid li xi ħadd jeħodlok xi ħaġa minn tiegħek? Intom tgħidu: ‘Jien m’għandix ħafna x’jista’ jeħodli! Dan għandu!’ Uliedi, min fostkom qiegħed hawnhekk u b’mod speċjali seraq lil ħuh jew lil oħtu biex stagħna hu, u qarraq, min fostkom seraq affarijiet minn fuq il-post tax-xogħol, qisu li ma tibqgħux hekk. U tinsewx, tridu troddu lura. Għalhekk bagħatni hawn illejla Ibni Ġesù, ukoll. Iva, uliedi, għalhekk, biex inneħħilkom il-għamad minn quddiem għajnejkom. Forsi m’intomx tindunaw li qed tiżbaljaw.
Ersqu lejn Ibni Ġesù, uliedi. Hu kuljum, permezz tas-saċerdoti, jersaq qrib tagħkom. U tarawh ta’ spiss ukoll, uħud minnkom, fuq il-pala ta’ id Angelik. Iva, qed jiġi apposta għalikom għax irid jitħallat magħkom. Ħafna minnkom ma jersqux lejn il-Knisja. Għalhekk qed jiġi hawn, għax irid li Hu jersaq lejkom. Irid jgħix fikom u qrib tagħkom.
Iva, uliedi, itolbu għal xi persuni li l-Knisja għandha bżonnhom ħafna biex dawn il-magħżulin tiegħi jressqu lin-nies lejn is-saċerdoti u lejn l-Ewkaristija. Iva, uliedi, hawn minnhom qegħdin fostkom. Itolbu ħafna għalihom.
U nixtieqkom ukoll titolbu għal dawk li hemm madwar Angelik, għat-Theotokos, ħalli jissaħħu huma bejniethom, ħalli wara jkunu jistgħu isaħħu lilkom, uliedi. Jiena għażilthom apposta għalija, għalikom u għall-Knisja. Dawn huma rigal għalikom, biex intom tkunu tistgħu titgħallmu minnhom. U anke, huma wkoll rigal għall-Knisja għax bl-eżempju tagħhom iridu jgħinu u jibdlu l-Knisja.
Grazzi wliedi, talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Rużarju f’Lulju / Awissu 2010:
|
Data
|
Gurnata
|
Hin
|
Post
|
|
7 ta’ Lulju
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
14 ta’ Lulju
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
17 ta’ Lulju
|
Is-Sibt
|
6:00pm
|
Xewkija - Għawdex - Wara l-Heliport
|
|
21 ta’ Lulju
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
26 ta’ Lulju ** Anistemi
|
It-Tnejn
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur - Ħdejn l’Al Fresco
|
|
28 ta’ Lulju
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
4 t’Awissu
8 t'Awissu
|
L-Erbgħa
Il-Ħadd
|
7.00pm
7:00pm
|
Borġ in-Nadur
Xewkija Għawdex wara l-Heliport
|
|
11 t’Awissu
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
18 t’Awissu
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
25 t’Awissu
|
L-Erbgħa
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur
|
|
26 t’Awissu ** Anistemi
|
Il-Ħamis
|
7.00pm
|
Borġ in-Nadur - Ħdejn l’Al Fresco
|
|
|
|
|
|
Katina ta’ Rużarju (jingħad kull nofs siegħa) fuq l-Għolja ta' Borġ in-Nadur
Mis-7.00 pm tas-Sibt 7 t'Awissu sat-8.00 am tal-Hadd 8 t'Awissu
Mill-5.00 pm sal-10.00 pm tal-Ħadd 8 t'Awissu
Ruzarju miċ-Ċenaklu Theotokos:
|
Data
23 t'Awissu
|
Gurnata
It-Tnejn
|
Ħin
7:15pm
|
Post
San Pawl il-Baħar ħdejn it-Torri
|
|
|
|
|
|