Għidu b’dan lin-nies.
Għeżież uliedi u wliedi ta’ qalbi! Jien u Ibni Ġesù għandna qalbna muġugħa. Iva wliedi, qalbna muġugħa tassew. Muġugħa għal dawk is-saċerdoti u konventwali li mhumiex jgħixu l-ħajja tagħhom sewwa. Qed ikunu xewka, jew skoll fil-Knisja. Hawn minnhom min qed ifixkel l-imħuħ tan-nies. Hemm oħrajn li jpoġġu l-Kelma t’Alla kif jaqblilhom huma.
Uliedi, irridkom titolbu għalihom, biex huma wkoll jikkonvertu. Għidt kemm-il darba u se nerġa’ ngħidilkom illum ukoll: Ibni Ġesù għalhekk qed jibgħatni hawn, b’mod speċjali għall-konverżjoni u għas-saċerdoti.
Iva wliedi, u wliedi ż-żgħar tiegħi, agħtu kas tal-messaġġi tiegħi. Ifhmuhom bir-reqqa. Ħarsuhom. Dawn il-messaġġi li qed inwassal hawnhekk huma l-istess kif wassalt f’postijiet oħra fejn jibgħatni Ibni Ġesù. Qed jibgħatni ngħajjat l-istess għajta. L-għajta biex titolbu t-talba tar-rużarju għall-konverżjoni u għall-paċi fid-dinja kollha.
U ġiegħlu lil ħaddieħor ukoll jitlob din it-talba tar-rużarju. Iva wliedi, intom kunu xhieda ta’ dawn il-messaġġi tiegħi. Ipprattikawhom u għixuhom ukoll. Tkellmu mas-saċerdoti u aqsmu l-esperjenzi tagħkom.
Nitlobkom uliedi - minn qiegħ qalbi - ħeġġu lil ħutkom, lil uliedkom u lil nieskom u lil dawk li tiltaqgħu magħhom. Għidulhom biex jersqu lejn din l-art imbierka. Din l-art magħżula mis-Sema. Din l-art tal-għolja ta’ Borġ in-Nadur. Ġiegħlu lin-nies tiġi hawn u xxerred id-dmugħ tagħha hawn u jien nisma’ t-talba tagħhom.
Uliedi, ftakru li jien Omm Alla, l-Immakulata Kunċizzjoni.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi u wliedi ta’ qalbi! Wassluli dan il-messaġġ lin-nies.
Illum erġajt ġejt fostkom b’qalbi muġugħa. Meta kien ikun il-maltemp u ħafna kesħa xxoqq il-għadam, kien ikun hawn aktar nies hawnhekk. Nixtieqkom, uliedi, li tħeġġu lil ħaddieħor biex jiġi hawn fuq din l-għolja ta’ Borġ in-Nadur u jibdew jafdaw, għax b’hekk iseħħu l-mirakli, bħall-fejqan tal-ġisem u b’mod speċjali dak il-fejqan tar-ruħ.
Uliedi u wliedi ż-żgħar tiegħi, illum qed ngħajjat ukoll lil uliedi ta’ qalbi, lis-saċerdoti, il-konventwali u s-sorijiet, biex jersqu hawn ukoll, lejn din l-għolja ta’ Borġ in-Nadur. Irridhom li jiġu bi ħġarhom għat-talba tar-rużarju.
Qed nitlob dan bħala omm materna. Ejjew uliedi, ejjew bi ħġarkom. Ejjew għall-irdoss tiegħi, b’mod speċjali intom li tbegħidtu minn Ibni Ġesù. Qed niftaħ idejja għalikom, biex jien inressaqkom lejh. Ibni Ġesù għadu jħobbkom u qed jistenniekom. Ibni Ġesù għandu x’jambikom u jinteressah ħafna minnkom. Iva, iridkom li taħdmu fil-għalqa tiegħu. Għalhekk Ibni Ġesù qed jibgħat lili, l-Immakulata Kunċizzjoni. Qed jibgħatni apposta għalikom u għall-Knisja. Ersqu lejn Ibni Ġesù.
Nitlob lilkom, uliedi ż-żgħar tiegħi, biex tersqu lura lejn it-talba tar-rużarju. U ħeġġu lill-oħrajn għat-talba tar-rużarju: it-talba sempliċi, it-talba tat-tfal iż-żgħar. Imma wisq aktar, ersqu lejn l-Ewkaristija. Agħmlu wkoll l-adorazzjoni spiss. Iva wliedi, nerġa’ ngħidilkom: ersqu lejn Ibni Ġesù, għax hu qiegħed jistenniekom.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi u wliedi ta’ qalbi! Wassluli dan il-messaġġ lin-nies.
Għeżież uliedi, illum nixtieq ngħidilkom dan il-messaġġ.
Siġra, meta ma tibdiex tagħti frott u lanqas tisbieħ, x’tagħmlulha? L-ewwel tagħtuha ftit demel, tikkurawha aktar mill-oħrajn u tagħtuha ċans sena oħra. Jekk taraw li f’sena, dik is-siġra għamlet kambjament, allura intom ikollkom suċċess, għax irnexxielkom li dik is-siġra tkunu bdiltulha r-rotta tagħha. Bil-kuntrarju, jekk is-siġra ma tkunux rajtuha għamlet suċċess u kambjament, tqaċċtuha, għax tkunu qed taħlu ż-żmien magħha. Twarrbuha, u minflokha tħawlu oħra.
Uliedi, ħudu dan l-eżempju ta’ din is-siġra fil-ħajja spiritwali tagħkom. Nitlobkom illejla, iftħu qlubkom għal dan il-messaġġ tiegħi. Ftakru li jiena l-Immakulata Kunċizzjoni.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi u wliedi ż-żgħar tiegħi! Wassluli dan lin-nies.
Uliedi Għawdxin, qed nitlobkom minn qalbi, biex tħarsu l-kmandamenti. Iva wliedi, jekk timxu fuq il-kmandamenti u tosservawhom, ma tiżbaljaw qatt. Tħallux il-ħwejjeġ tad-dinja jieħdu post Ibni Ġesù. Għandkom x’għandkom, tħallu xejn li jkun l-ewwel post fil-ħajja tagħkom. Tagħmlux kif għamel il-poplu Lhudi fid-deżert. }olqu għoġol tad-deheb u qalu: ‘Dan alla tagħna!’ Għamlu idolatrija.
Uliedi, kull oġġett fil-ħajja tagħkom jista’ jkun li jieħu post Ibni Ġesù. Tista’ tkun id-dar, il-karozza, il-mara jew ir-raġel jew il-poter tiegħek. Tista’ tkun ukoll il-pożizzjoni tiegħek fis-soċjetà, bħalma jista’ jkun qassis, patri jew soru. Uliedi, ngħidilkom, tħallux li dawn l-affarijiet u dawn il-ħwejjeġ iwaqqgħukom fl-idolatrija u tinsew lil Alla.
Tkunux boloh, uliedi. Nitlobkom, agħtu kas ta’ dawn il-messaġġi u tħalluhomx jaqgħu f’widnejn torox.
Uliedi, jiena se nibqa’ niġi hawn fuq din il-gżira Għawdxija, għax jien inħobbkom.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeziez uliedi u wliedi ta' qalbi! Wassluli dan il-messaġġ lin-nies.
Illum il-festa tiegħi, l-Assunzjoni, it-tlugħ tiegħi fis-Sema. Kemm iċċelebraw din il- gimgħa! Kemm xorbu! Kemm sparaw murtali! X'taħsbu, uliedi? Taħsbu li dawn il- hwejjeġ ferrħuni lili? X’jiswew il-murtali jew iċ-ċapcip tal-idejn jekk qalbkom ma tkunx imressqa lejn Ibni Ġesu?
Uliedi, il-qalb tiegħi mugugħa u qed tibki d-demm. Harsu madwarkom: x'inhu jigri mad-dinja kollha! Mhux l-istess, uliedi, kif hemm fl-Apokalissi: terremoti, vulkani, għargħar? Ħadd mhu qed jinduna, uliedi? Ħadd mhu qed jinduna? Dawn il-ħwejjeg gew imħabbra snin ilu.
Uliedi, ippreparaw ruħkom, għax ma tafux meta huwa z-zmien. Ibni Ġesu` mhux xi tirann, imma għandu qalbu ħanina u għalhekk qed jibgħat lili fid-dinja kollha biex inwassal dejjem l-istess messaġġ ta' mħabba, paċi u għaqda. Iva wliedi, f`kull pajjiż, Ibni Ġesu` jibgħatni bl-istess messaġġ. Hemm bżonn ta' konverżjoni urġenti madwar id-dinja kollha.
Nerġa' ngħidikom li rrid terremot fil-Knisja. Uliedi ta' qalbi qed iweġgħu ħafna lil Ibni Ġesu, għax mhumiex mexjin sewwa. Hemm bżonn li jiftħu għajnejhom. Hemm uħud minnhom qed ifixklu u jagħmluha li jifhmu f `kollox.
Iva wliedi, itolbu ghall-Knisja, biex tagħraf tmexxi, u b'hekk tbiegħedkom minn Satana, għax irid jaħkem lill-Knisja. Nerga' ngħidilkom: għalhekk Ibni Gesu` qed jibgħatni hawn biex jiena niftħilkom għajnejkom, biex timxu sewwa.
Id-dinja bħalissa hija mimlija b'tensjoni qawwija. Tensjoni ta' gwerer. Tensjoni finanzjarja. Nerġa' ngħid: id-dinja mehdija b'dawn il-ħwejjeġ, u permezz ta' dawn it- tensjonijiet, qegħdin iwarrbu lil lbni Ġesu` mill-qalb tagħhom.
Mela wliedi, u wliedi z-zgħar tiegħi, ejjew, ibdew mill-ġdid. Jien inkun magħkom. Ejjew, ibdew itolbu flimkien miegħi. Nitolbu għall-Knisja u għad-dinja kollha. Itolbu t-talba sempliċi, it-talba għal qalbi, it-talba tar-rużarju.
Ġrazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi u uliedi ta` qalbi. Dan biex twassluh lin-nies.
Iva uliedi, jiena s-Sultana tas-sema u ta` l-art. Jiena ukoll s-Sultana tas-Saċerdoti. Intom saċerdoti, patrijiet u sorijiet. Nitlobkom tkunu fidili lejn ir-ragħaj spiritwali tagħkom, l-Isqof. Obdu mill-Isqof uliedi. Iva obduh. L-Isqof huwa r-ragħaj tagħkom. Intom sorijiet u konventwali. Intom li intom l-bogħod minn ibni Ġesu. Intom li warrabtu lill ibni Ġesu, qed jagħtikom ċans iehor biex tersqu lejh. Mhux hu warrabkom, imma kontu intom li warrabtuh. Erġgħu lura lejn Ibni Gesu.
Jiena għandi qalbi mugugħa għax dbiegħdtu minnu u għalhekk Ibni Ġesu qed jibagħatni hawnhekk apposta għalikhom biex intom tikkonvertu. Nerġa ngħidlikom. Obdu mill-Isqof tagħkom. Ikun min ikun. Obduh. Tieħdux ir-riedni f`idejkom u toħolqu knisja oħra għalikhom. Tippruvawx tpenġu ħajjitkhom differenti. Minn barra mod u minn ġewwa tkun mod ieħor. Tirrextawx. Kunu li intom il-ħin kollu. U jiena nirringrazzja lil dawk li għandhom qalbhom miftuħa għal Ibni Ġesu. Inwiegħedhom li nieħu ħsiebhom.
Uliedi tħallux lil Satana jeqridkhom u jkissirkhom. Għalhekk għandi qalbi mugugħa illejla għax Satana lagħabkom u daħak bikom. Saħansitra tibqgħu tgħidu li intom fill- verita. Għalhekk għidtilkom uliedi biex dejjem tobdu lir-ragħaj tagħkom, l-isqof. Mhux turuh mod u jkun mod iehor. Kunu fil-verita. U ħadd ma għandu jaħdem għalih innifsu.
Uliedi itolbu għas-saċerdoti u l-konventwali. Itolbu għalihom. Min zvijja jerġa jaqbad it-triq it-tajba għal għand Ibni Ġesu`. Ibni Ġesu` reġa tagħkom ċans ieħor. Itolbu għalihom u itolbu wkoll għal-Isqof. Iva uliedi, l-Isqof għandu bżonn ħafna talb. L- Isqof huwa ir-ragħajjes tal-knisja. Obduh. Obduh u la twebsux raskom.
Grazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.
Għeżież uliedi w uliedi ta` qalbi. Dan biex twassluħ lin-nies.
Uliedi w uliedi ż-żgħar tiegħi. Nitlobkom li tesperjenzjaw lil Alla. Nerġa’ ngħid uliedi w uliedi ż-żgħar tiegħi. Esperjenzjaw lil Alla. Mhux b`ħafna entużjażmu. Imma esperjenzjawh verament fil-qalb tagħkom. U meta jiġri dan tkunux egoisti. Iżżommuhiex għalikhom imma għadduha lill-oħrajn. Lil ħuk, lil oħtok, lill-ħbieb u lill- qraba. Saħansitra anke lill-istess għedewwa tiegħek stess. U hemmhekk verament tkun esperjenzajt lil Alla. Verament fil-qalb tiegħek tkun qed issaltan il-vera paċi. Għax il-paċi mhix biss bil-paroli imma bil-fatti u l-aktar bl-għemil.
Uliedi, iftħu qlubkhom għalija u għal ibni Ġesu. Iftħuha biex ibni Ġesu jimliha bil- ferħ u bil-paċi tiegħu. Il-paċi u l-ferħ ibni Ġesu biss jista’ jagħtihulkom. Il-paċi li jagħtikom ibni Ġesu nitlobkom biex tgħadduha lill-oħrajn u hekk tkunu sinjal li ibni Ġesu bidlilkom ħajjitkom.
Uliedi tkunux nies ta` wiċċ b`ieħor. Kunu sinċiera bejnietkom. Kunu qalbkom miftuħa għal oħrajn u tagħmlux kundizzjonijiet ma’ ħadd. Għalhekk għidtilkom biex tesperjenzjaw lil Alla u taraw kif il-ħajja tagħkom tinbidel u dbiddlu ta` ħaddieħor u lil dawk ta` madwarkom.
Ġrazzi talli smajtu s-sejħa tiegħi.